Is-sena li għaddiet, 974 immigrant ġew ripatrijati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom jew lejn pajjiż ieħor.
Dan ħareġ minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru responsabbli mill-Intern, Byron Camilleri.
Huwa qal li mill-bidu ta’ din is-sena sat-22 ta’ Marzu ġew ripatrijati 186 persuna.
Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li dawn il-persuni li ġew ripatrijati jinkludu r-ritorn ta’ persuni li ġew f’Malta b’mod irregolari, dawk li kellhom it-talba tagħhom tal-ażil miċħuda, u oħrajn li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.
Ritratt: Arkivji