Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo rrimarka li filwaqt li kien hemm żieda fl-impjiegi fultajm u l-investiment lejn il-gżira Għawdxija, fadal ħafna xi jsir biex dan ikun wieħed sostenibbli u fit-tul.
B’rabta mal-edukazzjoni qal li jridu jinħolqu iżjed opportunitijiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fejn tul dawn l-aħħar snin issaħħet l-MCAST kif ukoll ir-rabta bejn l-edukazzjoni sekondarja u l-MCAST.
Dan intqal fil-kungress tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-Partit Laburista bit-tema ‘Għawdex Mutur Ekonomiku,’ li beda jiltaqa’ dalgħodu bil-għan li titfassal strateġija għal Għawdex li se tiġi ppreżentata lill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit.
Il-Ministru għat-Turizmu Edward Zammit Lewis għamel referenza għas-suċċessi miksuba mill-Gvern fil-qasam tat-turiżmu, inkluż l-ammonti rekord ta’ viżitaturi fil-gżira Għawdxija. Huwa għamel referenza għan-nuqqas ta’ żgħażagħ li qed jagħżlu l-qasam tat-turiżmu bħala karriera. Wieħed mill-inċentivi tal-Gvern f’dan il-qasam huwa li ddaħħal is-suġġett tal-Ospatilità fis-sillabu tas-sekondarja.
Minn studju li sar lukandi ta’ ħames stillel qed jiffrankaw kwart ta’ miljun ewro mill kontijet tad dawl u l-ilma. Huwa qal li konvint li sal-aħħar tal- 2018 isir proġett f’Għawdex minn dawn is-€6 miljun li ser jidħlu mit-taxxa tal-ekokontribuzzjoni.
Aqra wkoll: Harvard tikkontribwixxi lejn sptar aqwa minn Mater Dei