Kienu 97 persuna, kollha rġiel, li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati ma’ stupru.
Dan f’perjodu ta’ ftit inqas minn ħames snin, bejn l-1 ta’ Jannar tal-2013 u l-25 ta’ Ottubru ta’ din is-sena fejn fosthom kien hemm 57 raġel Malti u 40 li kienu ta’ nazzjonalità barranija.
Meta mistoqsi mill-Membru Parlamentari Glenn Bedingfield, il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia semma wkoll kif in-numru ta’ persuni li tressqu l-qorti akkużati b’reati konnessi ma’ cyber crime kien 6 fl-2013, 4 fl-2014, 15 fl-2015, 18 fl-2016 u 12 sa nofs Ottubru ta’ din is-sena.