Il-ġurnata tal-Ħadd kienet l-iktar waħda li rat imwiet kawża tan-Novel Coronavirus hekk kif mietu seba’ u disgħin persuna oħra kawża tagħha.
S’issa mietu 908 persuni fiċ-Ċina.
Madankollu, jidher li n-numru ta’ każijiet ta’ persuni infettati kuljum issa qed jistabilizza ruħu.
Jidher li bħalissa fiċ-Ċina –il fuq minn 40,000 persuna huma infettati filwaqt li il-fuq minn 187,000 jinsabu taħt osservanza medika.