Incident li seħħ ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid fejn jidher li seħħet kollużjoni bejn żewġ vetturi.
Issejħet il-pulizija fuq il-post kif ukoll l-assistenza medika minn Mater Dei.
Nies fuq il-post saħqu li nstema’ ħoss kbir b’kawża tad-daqqa. Il-karozzi rispettivi, kienu misjuqa minn żewġ nisa.
L-għamla tagħhom hija ta’ Suzuki Swift u Renault Megane. Il-mara li kienet qed issuq il-Megane tidher li ġarrbet ġrieħi f’għonqa hekk kif ingħatat l-assistenza medika mmedjata.
Is-sewwieqa tas-swift tidher li ma ġarrbitx ġrieħi iżda qed issofri minn xokk.
Triq Ħal Luqa, f’Raħal Ġdid tinsab magħluqa minħabba l-operazzjoni medika u minħabba l investigazzjonijiet.
Aktar informazzjoni malli taslilna.