Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tħabbar proġett ta’ restawr ta’ żewġ siti storiċi fir-Rabat, Għawdex li huma l-Loġġja tal-Palju u wieħed mix-xelters li nsibu fiċ-Ċittadella.
Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex kompla jtejjeb ir-rabtiet b’saħħithom li għandu mal-organizzazzjoni mhux governattiva, Wirt Għawdex, billi ġie iffirmat ftheim ta’ restaw ta’ dawn iz-żewġ siti storiċi fil-qalba tal-belt Għawdxija. Dan l-investiment ta’ aktar minn EUR 50,000 ser jerġa jagħti l-glorja li dawn is-siti li kienu abbandunati għal diversi snin.
Dan il-ftehim juri l-impenn li għandu l-Ministeru għal Għawdex li nippreservaw il-wirt li ħallew missirijietna u li hu fi dmirna li ngħadduħ lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna fl-aħjar mod possibli. “Dawn mhux ser ikunu inizjattivi iżolati pero’ jiffurmaw parti minn kullana f’programm ambizzjuż ta’ restawr tal-partimonju Għawdxi”, qalet Justyne Caruana.
“Flimkien ma’ Wirt Għawdex irridu inkomplu naħdmu id f’id biex niddentifikaw aktar siti li jeħtieġu attenzjoni u nagħmlu dan bil-għaqal, bis-sorveljanza u bl-esperjenza li għandhom il-membri ta’ Wirt Għawdex” għalqet il-Ministru għal Għawdex.
Ir-restawr se jsir fuq il-Loġġja tal-Palju, jew kif inhi magħrufa aħjar illum bħala il-Barrakka, inbniet fis-sena 1733 fil-parti ta’ fuq ta’ Triq it-Tigrija, illum Triq ir-Repubblika, fil-Belt Victoria. Dan kien il-post min fejn ir-rebbieħ tat-tiġrija taż-żwimel kien jirċievi l-premju – l-palju jew d-damask. Oriġinarjament, il-parti t’isfel biss ta’ din il-binja kienet inbniet u l-parti imsaqfa ta’ fuq ġiet miżjuda matul iż-żmien.
U t-tieni proġett jinkludi il-kumpless ta’ kmamar, b’kollox 32, jinsab taħt il-Bastjun ta’ San Martin int u tersaq lejn id-daħla ewlenija taċ-Ċittadella li kien jintuża għall-kemm mill-attakk tal-ajru. Inbena fis-sena 1941 u matul il-150 metru tul inbnew għadd ta’ kmamar privati li kienu iservu ta’ kenn għal numru ta’ familji li kienu isibu refuġju f’dan il-post.