Fil-Port Ħieles inqabdu 9,500 flixkun tal-vodka bil-kuntrabandu.
Il-fliexken inqabdu wara eżaminar li sar permezz ta’ scanner fuq kontejner li kien dikjarat li qed iġorr xkejjer bir-ramel tal-gypsum.
Fil-fatt mir-ritratti meħuda mill-iscanner jirriżulta li kien hemm ndana ta’ xkejjer u moħbija warajhom kien hemm kaxxi tal-kartun mimlija fliexken tal-litru tal-vodka
Il-kontejner telaq mill-port ta’ Odessa u kien fi triqtu lejn il-Libja.
Fi stqarrija d-Dwana qalet li t-taxxa dovuta fuq il-fliexken tlaħħaq il-€61,000.