Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 948 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imixja.
Il-maġġoranza tal-multi ngħataw għaliex in-nies ma kinux lebsin maskra.
Fil-fatt inħarġu 634 multa marbuta ma’ dan in-nuqqas.
Inħarġu wkoll 275 multa għal nies li nġabru iżjed minn suppost fi gruppi fil-pubbliku, jiġifieri dawk li kienu fi gruppi ta’ iżjed minn tnejn.
Kien hemm 31 persuna li kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.
Barra minn hekk, stabbiliment weħel multa għax kisru l-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li seba’ persuna ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.
670 multa minn dawn ingħataw minn uffiċjali tal-Pulizija.