Fil-programm Dissett il-Membru tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, iddikjarat b’mod ċar li ma taqbilx li fil-mument jiddaħħal id-dritt taż-żwieġ għall-persuni gay. U filwaqt li din id-dikjarazzjoni ġabet ir-rabja ta’ bosta persuni li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet ċivili, il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, ħasibha xort oħra.“Prosit Roberta ta’ Dissett tal-bieraħ”, qalilha Casa, li żied kif fi kliemha Metsola laqtet in-noti tajbin jew aħjar qalet il-kliem it-tajjeb.
Well done @RobertaMetsola for yest’s #Dissett, clearly hit the right notes with PBS acting as govt gatekeeper again pic.twitter.com/f6r0KFHehS
— David Casa MEP (@DavidCasaMEP) May 26, 2016
AQRA WKOLL: Dikjarazzjoni ta’ Roberta Metsola tirrabja lill-persuni LGBTI u Jekk kont se tiżżewweġ, ħassar