Uffiċjali ta’ Transport Malta u oħrajn mill-Korp tal-Pulizija waqqfu mitejn, disgħa u sebgħin vettura f’operazzjoni ta’ infurzar f’Buġibba.
L-ispezzjonijiet f’dawn il-vetturi rriżultaw f’erbgħa u disgħin kontravenzjoni u tliet arresti mill-Korp tal-Pulizija.
L-aktar kontravenzjonijiet inħarġu fil-konfront ta’ każijiet ta’ liċenzja mhux imwaħħla jew mhux imġedda, bi 23 kontravenzjoni.
Dan filwaqt li aktar kontravenzjonijiet kienu jirrigwardjaw vetturi mingħajr assigurazzjoni, vetturi bi twieqi tinted kontra r-regolamenti, vetturi b’dawl diffettuż, fost l-oħrajn.

Barra minn hekk, kontravenzjonijiet oħra rriżultaw wara individwi inqabdu jsuqu mingħajr liċenzja tas-sewqan valida u xufiera mhux lebsin kif suppost skont l-istandards tas-sigurtà.
Kontravenzjonijiet oħra kienu jinkludu vetturi mingħajr fire extinguishers, vetturi b’numru ta’ reġistazzjoni mgħotti jew mhux viżibbli, vetturi miżmuma ħażin, vetturi nieqsa minn tagħmir tal-ewwel għajnuna, vettura b’silencer ineffettic u u-turn illegali.
