Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 939 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.
Il-maġġoranza tal-multi, 724, ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra.
Inħarġu wkoll 128 multa għal nies li nġabru fi gruppi ta’ iktar minn dak permess fil-pubbliku.
Kien hemm ukoll 65 persuna li ġew immultati talli kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.
Barra minn hekk, 11-il stabbiliment weħlu multa għax kisru il-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li 9 persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.
Ingħataw ukoll żewġ multi b’rabta ma’ attivitajiet tal-massa.