92,000 pensjonant se jaraw zieda ta’ erbgħa ewro u ħamsin ċentezmu fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom. Dan hekk kif il-Baġit għas-sena elfejn u dsatax, għar-raba sena reġa ħaseb sabiex izied il-pensjonanti.
Il-Ħamis wara nofsinhar, il-Ministru tal-familja u solidarjeta socjali Michael Falzon u l-Ministru tal-Finanzi indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar il-mizuri li tħabbru fil-baġit u se jgħinu lill-pensjonanti jkomplu jtejbu ħajjithom.
Il-Ministru Falzon qal li madwar erbat elef u ħames mitt pensjonant tas-servizz, se jerġa’ jkollhom żieda oħra ta’ €200 fl-ammont ta’ pensjoni tas-servizz.
Wara s-suċċess ta’ dawn l-aħħar sentejn għal ħruġ ta’ Savings Bonds 62+, il-gvern se jerġa joħroġ bonds simili fejn hu mistenni li ’l fuq minn sitt elf u tlett mitt pensjonant ġdid ikunu eliġibbli għal dawn il-bonds.
Il-Ministru Michael Falzon qal li apparti dawn il-mizuri, l-Gvern alloka ħdax-il miljun oħra biex jindirizza l-inġustizzja tal-imgħoddi.
“Bħal gvern hsibna fil-pensjonanti kollha imma imbad hemm mizuri oħra li ngħinu lil pensjonijiet jinvestu u jtejbu l-ħajja a’ kwalita.”
Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-maġġoranza tal-pensjonati maltin huma sidien ta’ darhom. Pensjonanti li huma sidien ta’ darhom u jixtiequ jissupplimentaw l-pensjoni tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn skema ta’ equity release.
Din l-iskema toffri l-faċilità li persuna li tkun laħqet ċertu eta’ tkun tista tidħol fi ftehim ma’ kumpanija privata li tgħaddi bil-quddiem somma flus f’pagamenti jew somma sħiħa.
Wara l-mewt tal-persuna, il-kumpanija tkun tista’ tbigħ id-dar, tieħu l-flus li tkun tat u l-interessi, filwaqt li l-bilanċ ta’ bejn il-valur tad-dar u l-ammont li tkun ħadet il-persuna f’ħajjitha tingħata lill-werrieta.
Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-baġit għas-sena d-dieħla jinċentiva l-persuni jibqgħu fid-dinja tax-xogħol wara li jagħlqu l-65 sena kemm fil-privat u issa wkoll fis-settur pubbliku.
“Minn 61 sa 63 jista jissospendi l-pensjoni tieghu imbad jehodha ta 63.”