Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 920 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.
Il-maġġoranza tal-multi, 685 ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra.
Inħarġu wkoll 71 multa għal nies li nġabru fi gruppi ta’ iktar minn dak permess fil-pubbliku.
Kien hemm ukoll 148 persuna li ġew immultati talli kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.
Dan filwaqt li 6 persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.