Tnejn u disgħin fil-mija tal-bajjiet f’pajjiżna kellhom kwalità ta’ ilma eċċellenti.
Dan joħroġ minn stħarriġ tal-Aġenżija Ewropea għall-Ambjent, l-EEA, li tissorvelja l-kwalità tal-ilma għall-għawm, fost l-oħrajn.
Din l-aġenzija tissorvelja l-ibħra għall-għawm fis-sebgħa u għoxrin stat membru tal-Unjoni Ewropea, l-Albanija u l-Iżvizzera b’konnessjoni mad-direttiva Ewropea għall-ibħra tal-għawm, li l-għan tagħha huwa li tħares il-kwalità tal-ilma biex ikun wieħed sigur għal min jgħum fih.
Fl-istħarriġ tagħha għas-sena 2023, l-Aġenzija issorevljat wieħed u għoxrin elf, sebgħa mija, sitta u sittin bajja differenti.
Fl-ewwel tliet postijiet li kienu, Ċipru, l-Awstrija u il-Kroazja, għandhom l-akbar proporzjon ta’ bajjiet b’ilma ta’ kwalità eċċellenti skont il-parametri mkejla.
Il-proporzjon b’ibħra eċċellenti għall-għawm f’Malta, jikklassifika lil pajjiżna fis-sebgħa post fl-Ewropa. Li jfisser sitta punt sitta fil-mija ogħla mill-medja Ewropea, li hi ta’ ħamsa u tmenin punt erbgħa fil-mija.
Barra minn hekk, Malta, tingħaqad mal-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Lussemburgu u r-Rumanija, fi grupp ta’ pajjiżi li għadhom il-bajjiet kollha tagħhom li jilħqu l-istandard għall-għawm.
Dan filwaqt li l-inqas pajjiż Ewropew li għandu ibħra eċċellenti għall-għawm huwa li l-Albanija, li għandu aktar minn nofs l-ibħra li mhumiex ta’ kwalità għall-għawn. Dan hekk kif dan il-pajjiż għandu rata ta’ aktar minn wieħed u erbgħin fil-mija.