Ajruplan militari russu waqa’ fil-Baħar l-Iswed fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu u ħasad il-ħajja tat-tnejn u disgħin persuna abbord.
Sorsi internazzjonali qed jgħidu kif l-ajruplan sparixxa minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs tal-Ħadd filgħodu fi triqtu mir-Russja għas-Sirja.
Mit-tfittxija jirriżulta li ħadd ma salva minn din it-traġedja. L-Ajruplan kien qed iġprr diversi suldati, membri mill-midja, u mużiċisti li kienu se jagħtu spettaklu lit-truppi waqt l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ.
Intant bħala wirja ta’ rispett lejn dawk kollha li mietu, il-President Russu Vladimir Putin iddikkjara li nhar it-Tnejn se jkun jum ta’ luttu nazzjonali fir-Russja.