It-turnout uffiċċjali tal-elezzjoni li se tkun qed taħtar mexxej Laburista ġdid kienet ta’ 92.5%. Dan ħareġ minn ċifri uffiċċjali ppubblikata mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista nofs siegħa wara li ngħalqu l-kmamar tal-votazzjoni.
L-ewwel distrett elettorali kellu turnout ta’ 91%, it-tieni distrett kellu turnout ta’ 94%, it-tielet distrett kellu turnout ta’ 93%, ir-raba distrett kellu turnout ta’ 93%, il-ħames distrett kellu turnout ta’ 93%, is-sitt distrett kellu turnout ta’ 93%, is-seba’ distrett kellu turnout ta’ 90%, it-tmien distrett kellu turnout ta’ 92%, id-disa’ distrett kellu turnout ta’ 90%, l-għaxar distrett kellu turnout ta’ 94%, il-ħdax-il distrett kellu turnout ta’ 96% it-tnax-il distrett kellu turnout ta’ 89% u t-tlettax-il distrett kellu turnout ta’ 94%.
L-advance voters f’Malta u Għawdex ivvotaw kollha.