Hekk kif qegħdin biss ftit jiem ‘il bogħod minn meta il-Belt Valletta ser tiġi kkurunata bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kulturà għall-2018, l-istudenti mill-Istitut tal-Arti Kreattiva fl-MCAST flimkien mal-Fondazzjoni Valletta 2018, ikollaboraw flimkien sabiex tittella’ projezzjoni diġitali mal-Palazz tal-Granmastru fi Pjazza San Ġorġ.
Il-projezzjonijiet bdew proprju ilbieraħ u għandhom sat-30 ta’ Diċembru, mis-6 ta’ filgħaxija sal-11 ta’ billejl, b’wirja diġitali li tiġi proġettatha kull nofs siegħa.
Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, tenna li aktar ma nersqu viċin is-sena li ġejja, dawn il-projezzjonijiet diġitali dejjem qed jitjiebu u jpaxxu iżjed għajnejn.