Heritage Malta nediet programm edukattiv ġdid li ser jibbenifikaw minnu aktar minn disat elef student b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi.
Il-programm edukattiv ser ikopri 25 attività tematika differenti u huwa mmirat għall-istudenti kollha mill-kindergarten sakemm jispiċċaw l-edukazzjoni formali tagħhom.
Sar aċċenn qawwi li dan il-programm mhux ser jiffoka fuq l-istorja biss iżda ser jitratta suġġetti oħra. Fil-fatt l-attivitajiet jinkludu matematika fil-katakombi Rumani, l-lingwa Maltija tul iż-żmien kif ukoll dawra bħala taħriġ mal-Forti Sant’Anġlu.
Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Mario Cutajar saħaq li l-mużewijiet huma inklussivi u aċċessibbli għal kulħadd u mhux sempliċiment siti storiċi. Fil-fatt, studenti li jżuru mużewijiet u siti storiċi ser jingħataw kotba interattivi għal matul iż-żjara tagħhom.
Ġie żvelat ukoll li l-programm edukattiv tas-sajf ser jerġa’ jirritorna tul is-sena d-dieħla.
Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Minsiteru għall-Edukazzjoni, Frank Fabri starr li l-ħolqien ta’ programm edukattiv ieħor matul is-sena skolastika sussegwenti għal dak li ttella’ matul is-sajf, kienet waħda naturali.