Disat elef persuna mistennija jattendu għall-festival Lost and Found ta’ din is-sena.
Festival li qed isir għar-raba’ sena konsekuttiva f’Malta.
F’konferenza tal-aħbarijiet f’wieħed mill-postijiet fejn ser ikun qed jitella l-festival, intqal kif il-festival se joffri erbat’ijiem u erbat’iljieli ta’ divertiment b’uħud mill-parteċipanti ser ikunu Jamie XX, Diplo Four Tet u Annie Mac innifisha.
F’kummenti ma’ One News, wieħed mill-organizzaturi, Stephen Allison qal li jinsab eċitat u sodisfatt li għal darboħra dan il-festival se jitella f’Malta:
it’s taken four years to build up what i would say a superb relationship, when we talk about suppliers and business partners and if it wasn’t for that level of cooperation, we wouldn’t be as successful as we are today
Min-naħa tiegħu, l-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li dan il-festival ikompli jivverifika kemm Malta hija d-destinazzjoni unika għal spettaklu bħal dan.
Huwa tenna li l-Gvern jinsab impenjat biex ikompli jġib lejn Malta, avvenimenti bħal dawn li huma ta’ stimolu qawwi għall-ekonomija Maltija, kif filfatt ser ikun hemm il-festival Lost and Found ta’ din is-sena:
se jkun hemm events u parties matul il-ġurnata u anke filgħaxija bejn tlieta u erbat ijiem u l-ispend li jħallu f’pajjiżna hija bejn sitta u seba’ miljun ewro li naħseb li hija xi ħaġa li tagħti injection qawwija