Madwar 90 tunnellata ta’ armi waslu fl-Ukrajna mill-Istati Uniti. Dan fost it-tensjonijiet li qed dejjem jiżdiedu fil-fruntiera bejn l-Ukrajna u r-Russja.
Din kienet l-ewwel konsenja ta’ għajnuna lill-Ukrajna mill-militari tal-Istati Uniti. Fil-fatt fih munizzjoni għas-suldati li jinsabu fuq id-difiża.
F’Diċembru li għadda, l-President Amerikan appova 200 miljun Dollaru Amerikan f’assistenza għall-Ukrajna. Il-Ministru għad-Difiża Ukren Oleksiy Reznikov irringrazzja lill-Istati Uniti għal din l-għajnuna.
Din il-ġimgħa s-Segretarju tad-Difiża Amerikan Anthony Blinken kien f’Kiev, fejn wissa li l-Istati Uniti se tireaġġixxi jekk ir-Russja għandha l-pjan li tinvadi lill-Ukrajna.
Madanakollu,ir-Russja għadha qed tiċħad dwar il-pjanijiet li tattakka.