Kważi 9 minn kull 10 persuni bejn is-16 u l-74 sena jużaw l-internet.
Dan skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għall-2019.
Ħafna min-nies użaw l-internet biex jikkomunikaw filwaqt li kien anki oħrajn li użawh biex jaċċessaw informazzjoni.
Kważi 60% ta’ dawk li jużaw l-internet użaw servizzi tal-Gvern online.
Fil-fatt dawn kważi kienu jammontaw għal 200,00 ruħ.
Kważi nofs dawk li jużaw l-internet, għamlu użu minn cloud computing.
7 minn kull 10 li jużaw l-internet kellhom ħiliet bażiċi fil-qasam diġitali filwaqt li aktar minn mitejn u 27,000 persuna użaw l-internet ukoll għas-servizzi bankarji online.