Il-maġġoranza assoluta tal-popolazzjoni Maltija, jiġifieri 90% għandha fiduċja fil-Korp tal-Pulizija.
Dan ħareġ minn stħarriġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u li jkejjel il-perċezzjoni tal-pubbliku dwar il-Korp tal-Pulizija għas-sena 2022.
Fil-fatt, minn 90% tal-popolazzjoni, l-NSO wera li kważi 45% tal-popolazzjoni għandha livell għoli u għoli ħafna ta’ fiduċja fil-Korp tal-Pulizija filwaqt li ftit aktar minn 45% għandhom livell moderat ta’ fiduċja.
35% żammew il-pożizzjoni tagħhom bħala waħda newtrali.
Minn dawn li kellhom livell għoli jew għoli ħafna ta’ fiduċja kważi 49% atrbwixxew dan għall-fatt li l-Pulizija jaħdmu b’mod korrett, dinjituż u b’rispett. Dan filwaqt li aktar minn 40% atrbwixxew dan għall-fatt li tinħass il-preżenza tal-Pulizija. Aktar minn 31% qalu li għandhom fiduċja għolja jew għolja ħafna fil-Pulizija għaliex dawn jaġixxu.
Intant l-NSO saqsa lil aktar minn 1500 parteċipant f’dan l-istħarriġ dwar l-opinjoni tagħhom fuq il-Korp tal-Pulizija. Hawnhekk ukoll il-maġġorana, jiġifieri aktar minn 55% kellhom opinjoni pożittiva jew pożittiva ħafna. 35.8% ma kellhom opinjoni newtrali.
L-NSO kejjel ukoll is-sentiment tal-pubbliku fuq diversi aspetti li jolqtu l-Korp tal-Pulizija. Dawn jinkludu l-imparzjalitá, l-integrita, kompetenza, servizz professjonali, u r-rispons.
F’kull waħda minn dawn l-aspetti il-maġġoranza tal-popolazzjoni kellha sentiment pożittiv.