Aktar minn 90% ta’ dawk li kienu daħlu fis-sistema tat- ‘Tapering’ tal-Benefficji Socjali fl-2014 baqgħu fl-impjieg.
Dan huwa l-ewwel grupp ta’ ħaddiema li ra tnaqqis gradwali tal-benefiċċji soċali wara li daħlu fl-iskema fl-2014.
Għal tliet snin huma baqgħu jieħdu l-benefiċċji soċjali flimkien mal-paga.
Ghall-ewwel sena huma 65% tal-benefiċċji, 45% fit-tieni sena u 25% fit-tielet sena.
Spjega dan is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet ta’ Tfal u Solidarjeta’ Soċjali Mark Musu.