90 student temmew b’ suċċess kors ta’ care assistants. Riżultat ieħor tal-viżjoni tal-amministrazzjoni tar-residenza San Vinċenz de Paule li jinħoloq ċentru ta’ taħriġ ġewwa ir-residenza stess. Waqt ċerimonja li saret l-istudenti ingħataw iċ-ċertifikati talli temmew b’suċċess dan il-kors.
Rudolph Cini, wieħed mill-għalliema ta’ dan il-kors, spjega kif hu importanti li wieħed jifhem li f’dan il-każ qed jitratta nies li jiddependu mill-għajnuna tal-carers. Huwa żied jgħid li ma kienux żminijiet faċli għal istudenti dan għaliex kien hemm minn ġie mara lura fuq il-bank tal-iskola wara ħafna snin.
Il-Kap Eżekuttiv tar-residenza, Dr.Josianne Cutajar, spjegat li dawn il-carers li se jaħdmu ma niex vulnerabbli għandhom ikollhom il-kapaċitajiet u l-ħiliet biex jassiguraw li l-anzjani fl-aħħar snin ta’ ħajjithom ikollhom dik il-ħajja b’għożża u b’dinjita’. Hija elenkat dwar l-importanza ta’ dan il-kors li permezz tat-taħriġ offrut, il-livell ta’ dawn il-ħaddiema se jkun wieħed ta’ livell adekwat.
Preżenti kien hemm ukoll is-seġretarju Parlamentari Justye Caruana fejn spjegat kif kull wieħed u waħda li temmew b’suċċess dan il-kors għandhom impenn,dmir u responsabbilita’ li jagħti kura lill persuni vulnerabli.
Caruana ħabret ukoll li ser tresaq abbozz ta’ liġi li jwasal sabiex il-vokazzjoni ta’ Care workers tkun reġistrata,bil-għan li tingħata importanza lill minn jagħmel korsijiet ta’ dan it-tip .Spjegat ukoll kif bħalissa nfetħu l-applikazjonijiet sabiex dan il-kors ikun jista’ isir fuq bażi Part Time anka f’Għawdex.