Madwar disgħin student Franċiż qattgħu l-jum tal-bieraħ inaddfu l-bajjiet f’Buġibba.
Dan bl-għajnuna ta’ DiveBase Malta flimkien ma’ skola tal-Ingliż.
L-istess studenti ħadu sehem f’attività li tinvolvi mhux biss li jitnaddfu żoni qrib il-baħar, iżda saħansitra anke jitqajjem aktar għarfien dwar l-importanza li wieħed ma jarmix barra jew aktar minn hekk fil-baħar.
Din mhux l-ewwel attività li saret mill-istess kumpanija, fejn ta’ spiss iduru bajjiet differenti, u anke żoni tal-għawm bil-blat, inaddfu loqqma tas-sigaretti, plastik, fliexken fost bosta oġġetti oħra li jsibu mormija.