Il-karattru tal-kartuns tant popolari mad-dinja kollha Popeye the sailor għalaq disgħin sena. Dan hekk kif fis-sbatax ta’ Jannar tal-elf disgħa mija u disgħa u għoxrin, Popeye deher għall-ewwel darba f’rivista tal-komiks.
Il-karattru ta’ Popeye inħoloq mill-kartunist Elzie Crisler Segar u baqa’ joħloq komiks ta’ Popeye sal-mewt tiegħu fl-elf disgħa mija u tmienja u tlietin. Wara mewtu u maż-żmien, Popeye evolva min karattru fuq rivista tal-komiks għal karattru animat tal-kartuns u anke għal karattru fuq il-liżar taċ-ċinema.
Il-karattru ta’ Popeye huwa magħruf għas-sens ta’ umoriżmu li bih jnissel tbissima fuq kull min jarah permezz ta’ meżżi ġenji ta’ kif isib solzzjoni għal problemi li jinqalgħu fl-istejjer tiegħu. Huwa magħruf ukoll għas-saħħa kbira li jakkwista meta jikkonsma xi bott spinaċi.
Iżda l-iżjed avveniment li ta’ spiss jirrepeti ruħu f’xi storja ta’ Popeye hija il-pika ta’ Popeye ma’ Bluto, l-antagonist prinċipali u r-rival tiegħu għall-imħabbet Olive, il-karattru prinċipali femminili fl-istorja.
L-istorja ta’ Popeye hija marbuta sew ma’ pajjiżna. Dan għaliex fl-elf disgħa mija u disgħa u sebgħin inbena set fil-Bajja tal-Ankri fil-Mellieħa għall-film musical li jġib l-istess isem, Popeye, li nġibed u nħareġ sena wara fl-elf disgħa mija u tmenin bl-attur mibki Robin Williams fil-parti prinċipali.
Minkejja li dan il-film ma tantx għamel suċċess kummerċjali, is-set għal dan il-film inżamm u sal-lum il-ġurnata għadu attrazzjoni turistika speċjalment għat-tfal.
Huwa stmat li Popeye Village fil-Mellieħa idaħħal maż-żewġ miljun ewro.
Ritratt: @Paola_Antonini