Il-karozzi ‘Ford’ ilhom 90 sena jterqu fit-toroq ta’ pajjiżna. Dan hekk kif il-kumpanija Gasan Zammit iċċelebrat id-disgħin sena anniversarju mindu l-mibki Joe Gasan iffirma l-ftehim mal-kumpanija Ford biex dawn il-karozzi jibdew jinbiegħu f’pajjiżna.
B’waħda mill-ewwel karozzi tal-għamla Ford li daħlu pajjiżna fl-isfond, iċ-Ċermen Joseph Gasan saħaq kif minn hemmhekk beda vjaġġ twil u ta’ ħafna suċċessi fis-settur tal-bejgħ tal-karozzi.
“Mal-Ford Company 90 sena huma ħafna, fil-fatt aħna t-tieni pajjiż fid-dinja li ġibna l-ford franchise fin-1928. Missieri kien ġabha. Ovjament bil-Ford kulħadd jaf kemm morna tajjeb hawn Malta, pero mill-Ford aħna imbgħad kabbarna Gasan Group ġo oqsma differenti, allura din id-data importanti ħafna għalina”.
Is-Sur Gasan saħaq li l-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna bħalissa qiegħda tkompli tħeġġeġ l-investiment.
“M’hemmx dubju l-klima ekonomika tal-pajjiż bħalissa hija tajba ħafna. Hawn ħafna xogħol, hawn ħafna negozju, hawn ħafna investiment u aħna ditti maltin li qiegħdin naħdmu fiha din qiegħdin ninvestu wkoll u nkabbru magħha. Hawn ix-xogħol bħalissa”.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat li kien preżenti għaċ-ċelebrazzjoni saħaq li kumpaniji bħal dawn huma xhieda ta’ kemm għandna nemmnu fl-ekonomija ta’ pajjiżna li ma tirrapreżentax biss stabilità u sigurtà iżda wkoll ekonomija li kulma jmur dejjem tikber u timxi ‘l quddiem. Qal li għalkemm il-gvern għandu pjan fit-tul u pajjiżna sejjer tajjeb, il-quċċata għadha ’l bogħod.
Irrimarka li għalkemm ir-rata tat-tkabbir tista’ tiġi kkontrollata, din ma tistax titwaqqaf, bil-Prim Ministru jostni li l-budget ta’ ġimagħtejn oħra se jkun xhieda ta’ dan. Huwa temm jgħid li kif Malta saret ċentru għall-blockchain, ‘il quddiem nistgħu naraw Malta li tkun iċ-ċentru tal-karozzi li jitħaddmu bl-elettriku.