Aktar minn disgħin persuna għadhom irrapurtati nieqsa wara li valanga laqtet lil provincja ta’ Sichuan fiċ-Ċina.
Eluf ta’ ħaddiema tas-salvataġġ qegħdin ifittxu lil dawk li setgħu salvaw wara li mal-erbgħin dar inqerdu f’dak li qed ikun meqjus bħala avveniment mhux mistenni.
S’issa għaxar iġsma nstabu iżda l-membri ta’ salvataġġ qed jgħidu li mhumiex jistennew li jsibu persuna oħra ħajja.
Intant, koppja u tarbija ġew salvati u ttieħdu l-isptar is-Sibt li għadda wara li ħaddiema użaw ħbula biex ressqu blat kbir u baqgħu jfittxu fost it-terrapien sakemm sabu lil din il-koppja u t-tarbija.