Madwar 90 Palestinjan sfaw midruba fit-tieni jum ta’ ġlied bejn il-Palestinjani u l-pulizija Iżraeljana f’Ġerusalemm. Filwaqt li l-pulizija Iżraeljana qalet li uffiċjal minn tagħha wkoll indarab waqt il-ġlied.
Dawk li qed jipprotestaw kontra allegatament tkeċċija ta’ Palestinjani minn art li kkapparraw il-Lhud, tefgħu ġebel lejn il-pulizija kif ukoll taw in-nar lill-Bieb ta’ Damasku fil-Belt il-Qadima. Il-pulizija kienu kostretti li jużaw il-kanuni tal-ilma fost oħrajn sabiex iferrxu l-miġemgħa.
L-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, ir-Russja u n-Nazzjonijiet Magħquda esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-vjolenza li qed tiħrax bejn il-Palestinjani u l-Lhud.