Madwar 90 ħaddiem fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei ssieħbu fi ħdan il-General Workers Union.
L-union se tkun qiegħda tirrappreżenta lill-ħaddiema fil-gradi kollha tal-Emerġenza.
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja qal li dawn il-professjonisti se jkunu fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Coronavirus.
Qal li f’dan il-mument tant delikat jeħtieġ li jkun hawn għaqda sħiħa fuq il-mod kif joperaw u jaħdmu dawn in-nies.