Raġel weħel disa’ xhur ħabs effettivi wara li s-Sibt li għadda, kien arrestat hekk kif ġrew warajh il-pulizija f’San Pawl il-Baħar.
Fil-Qorti ntqal kif waqt li l-pulizija kienu fl-inħawi ta’ Fra Ben b’rabta ma’ rapport separat, nnutaw lil John Gabiriel li huwa Niġerjan ta’ 37 sena jaġixxi b’mod suspettuż.
Malli r-raġel innota lill-Pulizija, huwa ħarab jiġri u rema basket li kellu, bil-pulizija arrestatu ftit tal-ħin wara.
Fil-basket instab li kien hemm 27 qartas tal-kannabis u ammont konsiderevoli ta’ qratas vojta.
Gabiriel wieġeb ħati u ingħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs.