Kevin Azzopardi ta’ 45 sena li jgħix il-Furjana ngħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs wara li ammetta li seraq minn niċċa fil-Furjana.
Huwa kien akkużat li f’Novembru tas-sena l-oħra, seraq flus kontanti u għamel ħsara fuq bieba ta’ niċċa fil-Furjana.
Huwa mifhum li Azzopardi għandu vizzju ta’ droga, u għalhekk kien wettaq dan ir-reat.
Il-Qorti kkundannatu għal disa’ xhur priġunerija wara li rat li ma kienx affidabbli biżżejjed biex jeħles mill-vizzju ta’ droga minn jeddu.
Għalhekk, il-Qorti talbet lid-Direttur tal-Ħabs biex huwa jingħata l-għajnuna neċessarja biex jegħleb il-vizzju.