Fl-4 ta’ Novembru ta’ 9 snin ilu, fl-2012, Malta nħasdet bil-mewta traġika ta’ Dun Rene Cilia. Qassis żgħażugħ ta’ 27 sena minn Ħal Qormi li kien maħbub minn bosta, Dun Rene tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li kien seħħ fit-triq tal-Barrani fiż-Żejtun.
Fl-2014, sentejn wara mewtu kienu ġew ippubblikati madwar 50 poeżija ta’ Dun Renè fil-ġabra Qasir il-Għomor. Dawn il-poeżiji ġew ippubblikati mill-qraba ta’ Dun Renè b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta. Dun Rene jibqa’ maħbub minn bosta u xhieda ta’ dan hija t-tislima li ħafna jagħtuh kull sena fl-anniversarju tal-mewt tiegħu.