Din il-ġimgħa kien hawn Malta Edward Nusbaum, il-Global Chief Executive Officer ta’ Grant Thornton International. Grant Thornton hija l-ħames l-akbar ditta ta’ servizzi professjonali fid-dinja, u topera minn 130 pajjiż b’turnover ta’ US$4.6 biljun u tħaddem 42,000 professjonist.
Għad-domanda tal-ġurnalista tat-Times Vanessa McDonald fuq kif minn skala ta’ 10 iqis ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala ċentru finanzjarju, Nusbaum irrisponda “well right now it is very strong. Well, at least nine plus. Malta has a strong financial services sector, great talented workforce. It has the right business environment in general.”
Din ir-risposta minn CEO Amerikan ta’ waħda mill-aqwa kumpaniji fl-accounting fid-dinja ġġib fix-xejn kompletament il-propaganda negattiva li qed ixerred Simon Busuttil fuq pajjiżna.
Il-Forza Nazzjonali f’dawn l-aħħar jiem ippruvat tirkeb saħansitra fuq il-karru tal-Malta Files, li esperti fis-settur qed jgħidu li kien attentat biex pajjiżna jiġi mxekkel milli jattira kumpaniji finanzjarji Ingliżi. Il-President tal-Forza Nazzjonali, Ann Fenech, anke ħarġet tiddikjara li ma hemmx fiduċja mill-professjonalisti tal-accounting f’Joseph Muscat u f’Malta.
Din id-dikjarazzjoni fiergha nġabet fix-xejn mid-dikjarazzjoni ċara ta’ Edward Nusbaum, accountant li kemm-il darba ġie nnominat minn Accounting Today bħala wieħed mit- Top 100 People in Accounting. Edward Nusbaum, minbarra li jmexxi lil Grant Thorton International Ltd, filfatt kiteb diversi artikli u ġie kkwotat minn CNBC, Harvard Business Review, Wall Street Journal, BusinessWeek, New York Times, Time Magazine, Financial Times u l-Bloomberg.
Barra minn hekk fi snin riċenti Edward Nusbaum kien maħtur advisor fuq kif jista jitjieb ir-rappurtaġġ finanzjarju mill-SEC. Is-Securities and Exchange Commission hija aġenzija indipendenti tal-Gvern Amerikan responsabbli mir-regolazzjoni tas-swieq finanzjarji Amerikani, nkluż in-New York Stock Exchange.
Filwaqt li l-Forza Nazzjonali qed tbeżża li pajjiżna ma għadux jista’ jattira investiment, Edward Nusbaum kien ta’ opinjoni eżattament l-oppost. Fil-fatt, mentri Vanessa McDonald bdiet issemmilu l-Malta Files, Edward Nusbaum qalilha “I think we see it as what it is….there are many pros to coming to Malta..it is a great economic environment and a great place to do business.”
Mistoqsi x’parir jagħti lill-klijenti tiegħu fuq Malta, Edward Nusbaum irrisponda “Malta is a great place to be doing business and a great place for the financial services industry”.
Din hija l-verità oġġettiva fuq pajjiżna mogħtija minn persuna professjonali tal-aqwa reputazzjoni.
Pajjiżna fit-3 ta’ Gunju għandu għażla. Bejn jemmen il-gideb ta’ Simon Busuttil u l-Koalizzjoni ta’ Konfużjoni tiegħu u jemmen dak li jgħidu awtoritajiet serji bhal Edward Nusbaum. Pajjiżna ma jistax jieqaf nofs triq meta l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej.