Fl-aħħar sigħat, f’Malta kien hemm disa’ każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna. Dawn il-persuni rriżultaw fil-pożittiv fil-Coronavirus minn 1,050.
F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li n-numru ta’ każijiet issa tela’ għal 393 każ.
Fost dawk pożittivi hemm Indjana ta’ 34 sena. Il-mara taħdem ġo dar tal-anzjani iżda nqabdet li hi infettata eżatt qabel daħlet f’din id-dar.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika spjegat: “Ikollok lockdown fejn int ikollok persuni li jidħlu jaħdmu imbagħad jinbidlu. Din il-persuna kienet dieħla taħdem ġie tested u ġiet positive allura ma daħlitx għax-xogħol.”
Tliet immigrant residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far rriżultaw pożittiv minn 20 test illi saru t-Tnejn fost l-immigranti li qegħdin kwarantina. L-immigranti infettati huma rġiel, wieħed ta’ 23 sena mill-Kosta tal-Ivorju, Tuneżin ta’ 18-il sena u Sudaniż ta’ 25 sena.
F’każ separat, Ingliża ta’ 23 sena li tgħix u taħdem Malta ġiet infettata bil-virus.
Mara ta’ 50 sena ukoll ġiet pożittva għal Coronavirus. Il-mara ma marritx għax-xogħol meta ħarġulha s-sintomi.
Il-Professur Gauci qalet li hemm każ ta’ anzjan ta’ 71 sena li beda bis-sintomi ta’ uġigħ ta’ ras u deni fil-11 ta’ April. Bl-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jintraċċaw lill-membri tal-familja tiegħu li kellhom kuntatt miegħu.
Raġel ta’ 48 sena ħa l-Coronavirus. Bis-sintomi ħarġulu fil-11 ta’ April u l-aħħar ġurnata li mar xogħol kienet fid-disgħa ta’ April.
Id-9 każ huwa ta’ raġel ta’ 30 sena. Bl-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jintraċċaw il-kollegi fuq il-post tax-xogħol tiegħu.
Il-Professur Charmaine Gauci reġgħet appellat sabiex kulħadd isegwi l-miżuri.
Hija sostniet: “Kien hemm ġranet numru żgħir u ġranet oħra kbar.
Kollox jindika li l-każ għadhom telgħin ‘il fuq. Inżommu n-numru baxx però għadna ma lħaqniex il-peak.”
Il-Professur Gauci qalet li żewġ persuni għadhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva. Persuna fl-ITU li tinsab fuq ventilatur u hija f’qagħda stabbli filwaqt li persuna oħra għadha fl-ITU għall-osservazzjoni.
Żiedet tgħid li s’issa 19-il persuna infettati huma ħaddiema tas-saħħa fl-isptar Mater Dei.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/14/haddiema-fdar-tal-anzjani-tinqabad-li-hi-pozittiva-ezatt-qabel-dahlet-fid-dar/