89% tal-Maltin jemmnu li l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna kontra l-firxa tal-Coronavirus f’pajjiżna.
Dan ħareġ fi stħarriġ tas-Sunday Times of Malta, li fih il-maġġoranza assoluta tal-Maltin qalu li huma sodisfatti bil-ħidma ma taqta’ xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Fil-fatt, 54% tal-poplu għandu opinjoni tajba ħafna dwar din il-ħidma, u 35% qalu li għandhom opinjoni tajba. Kienu biss 3% li kellhom opinjoni negattiva bil-kumplament kienu newtrali fl-opinjoni tagħhom. emmnu li l-Gvern qed jamministra s-sistwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna b’mod tajjeb.
34% għandhom opinjoni tajba dwar il-ħidma tal-Gvern f’dan ir-rigward filwaqt li 35% għandhom opinjoni tajba ħafna.
Din l-opinjoni tajba ġiet riflessa fost l-etajiet kollha bil-ġenerazzjoni żagħżugħa hija l-aktar ġenerazzjoni li għandha opinjoni pożittiva dwar it-tliet pakketti finanzjarji tal-Gvern.
78% tal-Maltin jemmnu wkoll li l-Gvern qed jaħdem sew fir-rigward tal-protezzjoni tal-impjiegi fil-pajjiż.
Dan il-pakkett finanzjarju li introduċa l-Gvern Malti huwa t-tielet l-akbar wieħed minn fost il-pajjiżi kollha, u jammonta għal 6% tal-prodott domestiku gross.
Ġermanja | 15% | |
Franza | 12% | |
Malta | 6% |
L-iskema Maltija li ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropea tagħti protezzjoni qawwija lill-banek f’pajjiżna tant li meta kkumparat mal-iskema Ġermaniza, il-Gvern qed jagħti garanzija kwazi darba u nofs ta’ dik li qed jagħtu l-Gvernijiet tal-Ġermanja, ta’ Franza u tal-Italja.
Din il-garanzija se tkopri self mogħti mill-banek sa’ €4 miljun lil negozji zghar u medji, u sa €8 miljuni għal ażjendi kbar.
Is-self jingħata biex ikopri spejjeż ta’ pagi, kirjiet, kontijiet mhux imħallsa, xiri ta’ stokk u materja prima, spejjeż ta’ manutenzjoni u multi relatati ma’ kuntratti li ma jistgħux isiru jew kienu posposti minħabba l-Coronavirus.