Ta’ kuljum qed jiġu rrappurtati erba’ każijiet ta’ vjolenza domestika. Sal-aħħar ta’ Awwissu jidher li b’kollox tul din is-sena, in-numru jlaħħaq 886 każ. Dan ġie żvelat mill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia f’mistoqsija parlamentari fejn jidher li ta’ kull ġimgħa qed jiġu rrapportati total ta’ 27 każ ta’ vjolenza domestika.
L-ogħla rata ta’ każi rrappurtati huma f’San Pawl il-Baħar, segwit minn Birkirkara u Ħal Qormi, li t-total laħħaq il-50 rapport kull wieħed. F’Marsaskala ġew irrappurtati 48 każ, mentri f’Ħaż-Żabbar daħlu 38 rapport segwit minn Bormla b’total ta’ 34 każ’ ta’ vjolenża domestika, kif ukoll f’Birżebbuġia, fejn in-numru laħħaq it-33 rapport.
Il-Fontana, il-Qala Għawdex, u l-Imdina kienu l-inqas lokalitajiet li rraapportaw każijiet ta’ vjolenza domestika.
Fl-2017, in-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika laħqu ftit aktar minn 1,250, bil-maġġoranza tal-vittmi kienu nisa. Dan hekk kif tliet nisa kuljum jisfaw fil-mira ta’ vjolenza. Dan it-total laħħaq ftit aktar minn 1,060 mara li sfat fil-mira ta’ vjolenza.