Ritratt mill-Arkivji Nazzjonali fuq il-midja soċjali juri ġrajja li ġrat fis-27 ta’ April 1935, propju bħal-lum 88 sena meta karozza daħlet f’Bieb il-Bombi.
Ix-xarabank 3123k fir-rotta lejn Bormla kienet qed tinstaq minn Giuseppe Mifsud minn Ħaż Żebbuġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xufier u passiġġier minn Bormla weġgħu gravi u ttieħdu l-Isptar Ċentrali fil-Furjana, fejn illum hemm il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
F’din il-kitba ntqal li mill-investigazzjonijiet li saru wara rriżulta li x-xufier ħassu ħażin.