Il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed jindirizza konferenza organizzata minn EY, fejn ġie ppublikat dak li jissejjaħ ‘Attractiveness Survey’ – ċioe kemm Malta hija attratenti għall-investiment dirett barrani.
L-istħarriġ sar fost l-ogħla membri tal-eżekuttiv ta’ kumpaniji li diġa’ jinvestu f’pajjiżna.
Jirriżulta li:
- 87% jaraw lil Malta attraenti
- 58% jemmnu li Malta se tibqa attraenti tliet snin oħra
- 53% jemmnu li se jespandu l-operat tagħhom f’Malta
- 79% jemmnu li se jkunu preżenti f’Malta 10 snin oħra
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li t-tkabbir ekonomiku ssorprenda lil kulħadd. In-negozji u l-poplu ħassew differenza, u ma-żmien il-kunfidenza ekonomika żdiedat, tant li llum hija 10% ogħla minn dik ta’ tliet snin ilu.
Dan ir-riżultat ta’ roadmap li l-Gvern qiegħed jimplimenta jinkludi li l-prinvat jingaħat inċentivi biex jespandi, anke permezz ta’ kontijiet orħos tad-dawl u l-ilma, li llum huma irħas mill-medja Ewropea.
Il-mira tal-Gvern tliet snin ilu, qal il-Prim Ministru, kienet li sal-2020 pajjiżnu jkollu 63% tal-popolazzjoni b’xogħol, li hija mira li kompliet togħla meta din inaqbżet, tant li llum, 68% tal-popolazzjoni taħdem.
Illum il-Gvern jimmira li pajjiżna jsir hub ta’ diversi setturi, mil-loġistika, għas-saħħa u l-eduzzjoni, biex ikompli jkun l-aqwa fl-Ewropa. Innota li s-settur tal-manifattura se jingħata spinta b’ investimenti bħal ta’ Crane Currency. It-triq ‘il quddiem hija l-pożittiva, mhux se tkun triq mingħajr sfidi, iżda pajjiżna se jkompli jikseb iktar suċċessi.