Fl-aħħar 24 siegħa, 87 persuna fiequ mill-Coronavirus u feġġew 21 każ ġdid minn fost 2040 testijiet.
99% tat-testijiet li saru ġew negattivi.
Dan ifisser li 2,019-il persuna ġew negattivi wara li tteħdilhom it-test.
Kienu biss wieħed fil-mija tat-testijiet li saru li rriżultaw fil-pożittiv għall-Covid-19.
S’issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar madwar Malta u Għawdex saru b’kollox 190,593.