Il-Qorti qalet li trid tagħti l-aħħar ċans lill-omm żewġ adolexxenti li nqabdu għal bosta drabi jsuqu mingħajr liċenzja.
Fil-fatt ma ntlaqgħetx it-talba tal-prosekuzzjoni li tkun ikkonfiskata l-vettura wżata u li jkollha l-liċenzja sospiża. Dan fl-istess ħin li mmultatha €5,000.
L-aħwa ta’ 12 u 17 –il sena nqabdu jiksru l-liġi diversi drabi tul is-sajf li għadda u f’ċirkostanza wara oħra anke sfidaw ordnijiet tal-pulizija. Pulizija li waqqfuhom isuqu vetturi bħal BMW u VW.
L-omm ta’ 40 sena mill-Belt wieġbet ħatja ta’ diversi akkużi fil-konfront tagħha fosthom li ma kinetx koperta b’polza tal-assigurazzjoni.
Ritratt: maltatoday