Huwa stmaat li madwar 85,000 tifel u tifla taħt l-erba’ snin mietu mil-ġuħ fl-aħħar tliet snin minħabba l-gwerra ċivili fil-Yemen. Dan ħareġ minn rapport bl-isem Save The Children.
Rapport separat iffinanzjat mill-Ġnus Magħquda jgħid li madwar 14-il miljun persuna huma fil-periklu li jbatu l-ġuħ f’dan ir-reġjun, hek kif koalizzjoni mmexxija minn militanti tal-Emirati u mis-Sawdi qed imexxu l-Yemen sa minn sena ilu.
Jiem ilu kien hemm xaqq ta’ tama li jieqaf il-ġlied, iżda l-kunflitt ippersista fil-belt ta’ Hodeidah.