Il-ġenituri ta’ Madelein McCann ingħataw £85,000 fi flus li għandhom imorru għat-tfittxija ta’ binthom, għaxar snin wara li għebet fil-Portugal.
Kate u Gerry McCann qalu li jinsabu grati ħafna lejn Scotland Yard, għalkemm qed jibżgħu li t-tfixxtija għal binthom qed titwarrah. Hija tfittxija li swiet s’issa xejn inqas minn £11.1 miljun…somma kontroversjali li spiss spiċċat taħt kritika.
Kelliem għall-Pulizija qal li issa qed jipprovaw jinterrogaw suspettat Portugiż, u dan huwa ħjiel li jistgħu jkunu pass eqreb li jsibu lil Madeleine.