Fi stqarrija tard il-Ħamis filgħaxija, l-Awtorita’ tal-Ambjent u r-Riżorsa, qalet li wara l-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem, għamlet spezzjonijiet fil-bejta tal-fekruna f’Għajn Tuffieħa biex tiddetermina jekk kienx hemm xi fkieren li faqqsu u li kellhom bżonn xi għajnuna biex joħorġu mir-ramel imxarrab.
L-ERA innutat li fil-maġġoranza tagħhom, madwar 85%, faqqsu u kien għad fadal biss ftit bajd fil-bejta. Il-kumplament mietu fil-proċess u allura ma kienx hemm il-possibilita’ li dawn ifaqqsu.