85% tal-anzjani fl-Isptar San Vinċenz de Paul tlaqqmu bl-ewwel doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia f’konferenza bit-tema Gvern għan-Nies – Miegħek fil-komunità f’Dar l-Annuzjata f’Ħal Tarxien.
Fil-fatt, il-Ministru Farrugia spjega li dan iffsser li b’kollox sa issa tlaqqmu 878 anzjan u anzjana f’San Vinċenz.
Spjega wkoll li minn għada fl-istess sptar, ir-residenti se jibdew jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin.
Apparti min hekk għall-bqija tad-djar tal-anzjani madwar il-pajjiż, il-Ministru Farrugia qal li l-mira hija li dawn jitlaqqmu bit-tieni doża sal-aħħar tax-xahar id-dieħel.
Qal li l-mira inizjali kienet li dan isir sal-aħħar ta’ April, biex b’hekk Malta tinsab xahrejn bil-quddiem.