Matul is-sena 2016 saru 837 rapport lill-Pulizija rigward persuni li sfaw nieqsa. Minn dawn 16-il persuna għadha nieqsa filwaqt li 821 instabu jew irritornaw waħedhom.
Minn 837 persuna, 602 kienu tas-sess femminili filwaqt li 235 kienu tas-sess maskili. Bl-akbar ammont ta’ persuni nieqsa jkunu bejn l-etajiet ta’ 15 u l-20 sena.
Din l-informazzjoni ħarġet wara mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Anthony Agius Decelis li saret lill-Ministru Carmelo Abela.