Fis-sigħat li għaddew 83 immigrant żbarkaw f’Lampedusa wara li fis-sigħat li għaddew intlemħu minn ajruplan ta’ Għaqda mhux Governattiva Sea Watch jaqsmu miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Fuq id-dgħajsa kien hemm ukoll żewġ nisa fi stadju avvanzat tat-tqala u numru ta’ tfal.
Permezz ta’ Tweet Alarm Phone qalet li din id-dgħajsa segwiet numru kbir ta’ dgħajjes oħra li f’dawn l-aħħar jiem daħlu ġewwa l-gżira Taljana ta’ Lampedusa.