Wara li s-sena li għaddiet twaqqaf ir-reġistru tad-donazzjoni tal-organi, diġà rreġistraw fih mat-8,200 persuna. Il-mira tal-Gvern hija li sal-aħħar tas-sena 2017 din il-lista tiżdied għal 10,000.
Dan qalu l-Ministru Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet li matula ġie mħabbar li l-magni tar-renal unit se jinbidlu għal 35 magna ġdida fir-Renal Unit.
Huwa appella biex aktar nies isiru donaturi tal-organi filwaqt li spjega kif mid-donazzjonijiet tal-organi saru 21 trapjant tal-kliewi.