Jidher li d-diskussjoni kontroversjali dwar l-ilbies tal-Burqa fil-pubbliku, qed tkompli f’bosta pajjiżi fosthom fil-Ġermanja.
Ħames snin ilu kien Franza l-ewwel pajjiż Ewropew li pprojbixxa l-pubbliku milli jilbes il-burqa, dan l-ilbies li jagħtti it-tul tal-ġisem kollu filwaqt li l-niqab tgħatti parti sostanzjali tal-wiċċ u tħalli biss jidhru l- għajnejn.
Jidher li issa jmiss il-Ġermanja tagħmel dan, hekk kif minn poll li xxandar fuq stazzjon Ġermaniż jidher li 81% tal-Ġermaniżi, jiġifieri 8 minn kull 10, jaqblu li l-pubbliku m’għandux jitħalla jilbes il-Burqa.