Wieħed u tmenin persuna ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li qed jagħmlu l-Pulizija biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn tliet persuni f’daqqa f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant, żewġ operaturi nqabdu jiksru Avviż Legali 76 b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus. Wieħed minn dawn huwa kjosk f’Baħar iċ-Ċagħaq li ma segwiex ir-regolamenti u ġie mmultat.
Il-każ l-ieħor jinvolvi bar fil-Ħamrun li kien miftuħ u kellu n-nies ġewwa jixorbu.
Intant, għat-tielet jum konsekuttiv, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fi kważi 500 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.